Warning: in_array() expects parameter 2 to be array, string given in /var/www/vhosts/staging.evently.com.mt/httpdocs/wp-content/plugins/the-events-calendar/src/Tribe/Query.php on line 1024 « Free Training – Emotional Literacy & Conflict Resolution
Warning: in_array() expects parameter 2 to be array, string given in /var/www/vhosts/staging.evently.com.mt/httpdocs/wp-content/plugins/the-events-calendar/src/Tribe/Query.php on line 1024 Culture is Past, Art is Future – Ryan Falzon »
January 19, 2018
7:30 pm - 11:30 pm
Valletta,Malta
About The Event - Mhux Biss Kavallieri…
Mhux Biss Kavallieri…
Il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar @ 21:00
L-istorja tal-Belt ma tiqafx mal-Kavallieri, u għalhekk huwa bi kburija li d-Dumnikani Beltin jilqgħu fosthom tnejn mill-aqwa bands kontemporanji Maltin: Mistura u Brodu. Dawn iż-żewġ gruppi joffru mużika oriġinali mill-aqwa u lirika kontemporanja b’saħħitha.
L-Għaqda Festi Esterni San Duminku flimkien mal-VLT 450 Creative Hub qegħdin iħejju bi ħġarhom għall-bidu tal-festi kbar tas-sena 2018 li fihom il-Belt Valletta ssir Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Din hi biss waħda minn serje t’attivitajiet ġewwa s-Sala San Duminku kif ukoll wirja ġewwa l-maħżen tal-armar li tiċċelebra il-wirt tal-festa tal-komunità Dumnikana ġewwa l-Belt.
Dħul għall-attivitajiet ġewwa s-Sala San Duminku huwa b’xejn iżda spazju limitat. Tista’ tirriserva post billi tibgħat email fuq: [email protected] jew iċċempel fuq 79661689, kif ukoll billi tibgħat messaġġ hawn stess fuq Facebook.
Min għandu xi postijiet riservati huwa mitlub ikun fis-Sala sa kwarta qabel il-bidu tal-attività, inkella r-riservazzjoni taqa’.